Isem: |
Philip Vella |
Kontinwita Fid-Direżżjoni Suċċess |
|
Numru tal-mobile: |
(+356)99808452 |
Email: |
info@philip-vella.com |
EDUKAZZJONI: |
|
Primarja : |
Profs. Guze’ Aquilina Sannat |
Sekondarja : |
Ninu Cremona Lyceum Complex Rabat Għawdex |
Sixth Form: |
Sir M.A Refalo Rabat Għawdex |
Għandi 27 sena, twelidt ir-Rabat Għawdex fis-26 ta’ Diċembru fl-1985. Il-ġenituri tiegħi huma Joe Vella mir-Rabat Għawdex u Josephine nee’ Pisani minn ta’ Sannat. Naħdem bħala Learning Support Assistance (LSA) fl-iskola primarja ta’ Floriana Malta.
Attendejt l-iskola primarja ta’ Sannat , u iktar tard komplejt l-istudji tiegħi fl-iskola sekondarja r-Rabat Għawdex u aktar tard komplejt bl-istudji tiegħi ġewwa iċ-Ċentru Avvanzati fir-Rabat Għawdex. Preżentament qiegħed nattendi kors tal-accountants (ACCA) Malta.
Dħalt fil-politika meta kelli 17 –il sena, dħalt bħala membru fil-forum żgħażagħ Laburisti t’Għawdex. Għal diversi snin okkupejt il-kariga ta’ assistant segretarju ta’ l-istess għaqda. Fl-2009 ikkontestajt għall-ewwel darba fl-elezzjoni tal-kunsill lokali fejn is-Sannatin urew fiduċja fija u eleġewni sabiex nirrapreżantahom bħala Sindku.
Il-ħolma tiegħi hi li nkompli nkun ta’ servizz u naħdem biex bl-ideat tiegħi u tiegħek nikkontribwixxu għal Sannat aħjar.L-interess li nkompli nara lil ta’ Sannat jimxi iktar il-quddiem hija l-ħolma tiegħi. Bil-vot tiegħek fl-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali Ta’ Sannnat tad-9 ta’ Marzu 2013, tagħtini ċ-ċans li nkompli nkun ta’ vuċi għalik u li nkompli nagħti l-kontribut tiegħi b’risq il-lokalita’ Ta’ Sannat.